Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб DISA’ XHUR ĦABS TALLI DARAB PULIZIJA в хорошем качестве

DISA’ XHUR ĦABS TALLI DARAB PULIZIJA 2 часа назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



DISA’ XHUR ĦABS TALLI DARAB PULIZIJA

ONE.COM.MT • Illum il-Qorti bagħtet il-ħabs żagħżugħ barrani ta’ 21 sena, li ammetta li l-għada ta’ Santa Marija weġġa’ surġent tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijietu, fost reati oħrajn li kien akkużat bihom. Minkejja li qieset l-ammissjoni bikrija tal-akkużat, il-Qorti qalet li ma tistax tittollera mġieba abbużiva simili fuq il-forzi tal-ordni ta’ pajjiżna. KITBA: STEFAN BAJADA / FRANCESCO BORG FILMAT: ARKIVJI Żagħżugħ Spanjol ta’ 21 sena ngħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs effettivi, wara li ammetta li, fis-16 t’Awwissu li għadda, qabeż fuq numru ta’ karozzi u weġġa’ uffiċjal tal-Pulizija. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Roderick Attard, xliet liż-żagħżugħ li kkawża ħsarat fuq ħames karozzi fi Triq is-Sur Fons, li nsulta, hedded u weġġa’ ħafif surġent tal-Pulizija, waqt li rreżista, b’mod vjolenti, l-arrest u li kien fis-sakra fil-pubbliku. Iż-żagħżugħ kien tressaq il-Qorti fit-18 t’Awwissu li għadda u kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet. Waqt li l-Erbgħa kienet qegħda tagħti s-sentenza tagħha, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech innotat l-ammissjoni bikrija tal-akkużat, il-koperazzjoni tiegħu mal-investigaturi u l-kondotta nadifa tiegħu. Il-Maġistrat qalet li ż-żagħżugħ kien ġie Malta biex jaħdem bħala promotur tal-avvenimenti, iżda għażel li jagħmel ħsara lil proprjetà ta’ terzi sempliċiment għall-gost u minn jeddu. Hu kien ammetta li dakinhar tal-inċident, kien xorob ħafna. Minkejja dan, il-Maġistrat qalet li riedet tibgħat messaġġ ċar li ma tistax tittollera vjolenza kontra uffiċjali tal-pulizija jew membri tal-forzi tal-ordni u s-sentenza kellha tirrifletti wkoll il-gravità tal-azzjonijiet tiegħu u kkundannatu għal sentenza ta’ ħabs effettiva u multa ta’ €5,000 li jekk ma titħallasx, tinbidel ukoll fi priġunerija. Hu ġie ordnat ukoll iħallas lura lill-vittmi għad-danni kkawżati li kienu jammontaw għal aktar minn €3,000, flimkien ma’ kważi €485 fi spejjeż tal-Qorti. L-Ispettur Roderick Attard mexxa l-Prosekuzzjoni. Bħalissa għaddejjin proċeduri ġudizzjarji wkoll ħames Maltin fejn jinsabu akkużati li, tard is-Sibt li għadda, aggredew żewġ uffiċjali tal-Pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom. Huma tressqu l-Qorti t-Tnejn li għadda fejn wieġbu li mhumiex ħatja. Bħala prova ewlenija f’dan il-każ, il-Prosekuzzjoni qed timxi fuq filmati tar-reat li nxterdu fuq il-midja soċjali. ALLEGAT VITTMA TAL-“LILU KING” MA JIXHIDX Il-vittma li allegatament ġie msawwat mil-Lilu King għażel li ma jixhidx f’kawża kontrih Raġel, li allegatament ssawwat mil-“Lilu King”, għażel li ma jixhidx fil-konfront tiegħu, b’ismu u r-raġuni li ta ma jissemmewx fuq ordni tal-Qorti, ippreseduta mill-Magistrat Anne Marie Thake. Dan ħareġ illum f’seduta oħra fil-każ kontra Mohammed Ali Ahmed Elmushraty ta’ 32 sena, magħruf bħala “Lilu King”, li jinsab mixli li kien involut f’argument f’Paceville, li eskala hekk kif ħabat ma’ karozza. Fl-istess seduta kienet mistennija tixhed ukoll l-eks tfalja tal-“Lilu King” involuta fl-istess inċident, li wkoll irrifjutat li tixhed wara li l-Prosekuzzjoni avżata li tista’ tagħżel li tagħmel dan, minħabba li qed tiġi investigata wkoll mill-Pulizija. Sadanittant, fuq il-pedana, tat ix-xiehda tagħha t-tabiba, li eżaminat lir-raġel li allegatament ġie aggredit mil-“Lilu King”, fejn qalet li dan sofra ġrieħi gravi, inkluż f’rasu, bi ksur anke ta’ mnieħru.

Comments