Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб L-ERBGĦA FILGĦODU ... LKOLL LURA L-ISKOLA в хорошем качестве

L-ERBGĦA FILGĦODU ... LKOLL LURA L-ISKOLA 6 часов назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



L-ERBGĦA FILGĦODU ... LKOLL LURA L-ISKOLA

ONE.COM.MT • Dalgħodu, mad-disgħa u għoxrin elf student reġgħu lura fuq il-bankijiet tal-iskola għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida. Il-kollegi Andre Mizzi, Francesco Borg, Dorian Borg u Joseph Mifsud bakkru kmieni biswit żewġ skejjel tal-Gvern fejn tkellmu ma’ bosta studenti, ġenituri u anke nanniet jew gwardjani, li qasmu l-veduti tagħhom dwar dan iż-żmien u l-aspettattivi tagħhom għad-disa’ xhur li ġejjin. L-aħħar Erbgħa ta’ Settembru, sebaħ jum sabiħ, li laqa’ lil eluf kbar ta’ studenti lura għal sena skolastika ġdida. Wara l-btajjel tas-sajf, il-maġġoranza tal-iskejjel f’pajjiżna fetħu l-bibien tagħhom, biex jilqgħu lil ftit aktar minn sitta u erbgħin elf student u studenta, imferrxin madwar il-pajjiż kollu. It-temp sabiħ bla dubju għen lil min forsi ħassha diffiċli joħroġ mis-sodda u jinqata’ mit-tnikkir żejjed tas-sajf. L-iskejjel ukoll għenu f’dan ir-rigward, bid-daħliet ta’ wħud minnhom imżejnin, kif kien il-każ fl-iskejjel li żorna aħna, b’għadd ta’ lwien, karattri animati u mużika ferriħija, li qajmu l-entużjażmu fost l-istudenti. B’wiċċhom għad-dawl u lesti għal dak li hemm imħejji għalihom, it-tfal imlew il-klassijiet il-ġodda li fihom se jkunu qed jieħdu t-tagħlim tagħhom. lllamtati minn fuq s’isfel u kuntenti li reġgħu ltaqgħu ma’ sħabhom li kellhom mis-sena li għaddiet u oħrajn ġodda, ma’ ONE NEWS l-istudenti qalu li jinsabu ħerqanin biex b’determinazzjoni jegħlbu l-isfidi li ġġib magħha s-sena skolastika. Il-ġenituri u anke n-nanniet ukoll kellhom emozzjonijiet differenti. Min bid-dmugħ f’għajnejh u min kuntent li t-tfal jistgħu jerġgħu jkunu fl-ambjent ta’ skola, jiltaqgħu ma’ sħabhom u mal-għalliema. Eċċitati wkoll kienu l-ħaddiema tal-Iskola Primarja St Thomas More ta’ Ħal Tarxien, li stqarrew magħna kif l-istituzzjoni edukattiva qed terġa’ timtela bil-ħajja wara sajf kwiet, b’ħidma wara l-kwinti. Ma naqsux ukoll l-aspettattivi tat-tfal għall-ġejjieni tagħhom, biex dak li qed jiżirgħu bħalissa, ikunu jistgħu jaħsduh ’il quddiem u jwassalhom għal dak li tant jixtiequ.

Comments