Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб JIKSER IR-REKORD DINJI TAL-ITWAL GĦAWMA в хорошем качестве

JIKSER IR-REKORD DINJI TAL-ITWAL GĦAWMA 23 часа назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



JIKSER IR-REKORD DINJI TAL-ITWAL GĦAWMA

ONE.COM.MT • Fl-aħħar tlett ijiem, Malta dawret ħarsitha lejn it-tentattiv tal-għawwiem professjonali Neil Agius biex jikser rekord dinji tal-itwal għawma kontinwa madwar il-gżejjer Maltin … u b’determinazzjoni kbira irnexxielu. KITBA: SHANAYA FARRUGIA FILMAT: DAN CAMILLERI Mija u erbgħin kilometru. Sittin siegħa ta’ għawm, mingħajr waqfien u irqad. Kien b’dan il-mod li l-għawwiem professjonali Neil Agius kiseb rekord dinji ta’ għawm madwar Malta, Għawdex u Kemmuna. Neil ta’ tmienja u tletin sena beda din l-isfida għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu tas-Sibt mill-Bajja tal-Għadira u ftit qabel l-għaxra ta’ filgħaxija tat-Tnejn mijiet ta’ nies kienu qed jistennewh bi ħġarhom, f’riħ qawwi u baħar imqalleb, fil-Bajja ta’ Għar Lapsi biex jilqgħuh b’merħba mill-isbaħ. L-isfida kienet tikkonsisti f’għawma madwar il-gżejjer tagħna, b’regoli speċifiċi, fosthom li ma setax jilbes ilbies speċjalizzat għall-għawm u mingħajr ma jmiss mad-dgħajsa li kienet qed takkumpanjah kontinwament. Fil-fatt kif temm l-għawma, Agius poġġa fuq siġġu waħdu hekk kif dawk li kienu preżenti rawh itemm din il-kisba storika. Minbarra hekk, hu kiser ukoll ir-rekord tiegħu stess. L-aħħar rekord personali ta’ Agius kien ta’ mija u ħamsa u għoxrin punt seba’ kilometri tliet snin ilu. Ftit mumenti wara li wasal f’Għar Lapsi, Neil tkellem mal-midja preżenti u emozzjonat nissel il-kliem “Viva Malta”. Mal-wasla tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ bosta persuni li kienu qed jistennew, awguralu għad-determinazzjoni li reġa’ wera. Minkejja li kien ilu ma jorqod tlett ijiem, it-Tlieta filgħodu, b’vidjow fuq il-midja soċjali, Agius irringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawh. Spjega li l-aħħar ftit sigħat tal-isfida kienu iebsin immens b’kundizzjonijiet tat-temp estremi. Però b’persevernza kbira Neil baqa’ għaddej. Hu żied jgħid li, għalkemm mhux se nkunu qed narawh jgħum għalissa, il-vjaġġ għalih għadu jibda.   / wbleo23qedrsoldv   - L-ewwel kummenti ta’ Neil – hawn tiġi qisha sot Agius għamel din l-għawma biex iqajjem kuxjenza dwar l-istat li jinsab fih il-abitat marittimu u biex kulħadd jieħu ħsieb il-baħar madwarna. S’issa, permezz ta’ din l-għawma u b’kollaborazzjoni mal-organizzazzjoni mhux governattiva Żibel, inġabru 790 kilo ta’ skart mill-ibħra Maltin. Ir-rekord storiku li rnexxielu jikseb Neil għad irid jiġi uffiċjalizzat mill-World Open Water Swimming Association, li tmexxi u tirregola dan l-isport.

Comments