Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб IL-PN MILL-ĠDID JGĦAĠĠEL JIRKEB FUQ GIDEB в хорошем качестве

IL-PN MILL-ĠDID JGĦAĠĠEL JIRKEB FUQ GIDEB 4 часа назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



IL-PN MILL-ĠDID JGĦAĠĠEL JIRKEB FUQ GIDEB

ONE.COM.MT • Fi stqarrija, li xejnet għal kollox gideb u allegazzjonijiet irrapportati fit-Times u anke ripetuti, bħas-soltu, mill-Partit Nazzjonalista, il-kumpanija Enemalta ċaħdet li rrifjutat li tgħaddi xi informazzjoni mitluba dwar l-operat tagħha. Sadanittant il-Partit Laburista nnota l-għaġġa tal-Partit ta’ Bernard Grech biex, bħas-soltu, reġa’ rikeb fuq gidba, l-aqwa li jipprova jiskorja punti politiċi. KITBA: FRANCESCO BORG FILMAT: ARKIVJI Waqt li l-kumpanija Enemalta ċaħdet allegazzjonijiet irrapportati fit-Times l-Erbgħa fejn ingħad li rrifjutat tgħaddi informazzjoni skont talba lil ġurnalisti tagħha, skont l-Att tal-Informazzjoni Ħielsa, il-Partit Laburista kkundanna lill-Partit Nazzjonalista li kien mgħaġġel jirkeb fuq l-istess gideb biex jikseb punti politiċi. L-Enemalta rreferiet għar-rapport fit-Times, fejn ingħad li ġiet imċaħħda minn kopja tal-kuntratt tal-impjant tal-enerġija, billi qalet li hi fl-ebda mument ma rrifjutat li tgħaddi l-informazzjoni, anzi talbet għal kjarifika lill-istess gazzetta dwar liema perjodu kienet qed tirreferi peress li ma ngħatat l-ebda indikazzjoni u dan biex tkun tista’ twieġeb b’mod preċiż u effiċjenti, mingħajr ħela ta’ riżorsi. B’hekk, l-Enemalta tkun tistieden lit-Times biex f’data u ħin maqbulin tkun tista’ tmur direttament tarahom. Fuq din l-allegazzjoni infondata rikeb il-Partit Nazzjonalista li, pront u bla ma qies anke l-konsegwenzi, bħas-soltu għaffiġha u ħareġ jikkundanna. Għal tali attitudni rreaġixxa wkoll il-Partit Laburista, li nnota kif l-hekk imsejħa tattika tal-Partit ta’ Bernard Grech ilna narawha żmien, tant li anke konferenza tal-aħbarjiet għamel fuq aħbarjiet foloz, biex imbagħad waqa’ fil-muta meta l-fatti giddbuh. Anke wara l-ispjega tal-Enemalta, il-Kelliem ta’ Bernard Grech ħareġ stqarrija giddieba u l-Partit Laburista qal li dan jikkonferma kemm il-PN m’għandu ebda pjan għas-settur tal-enerġija, ħlief stqarrijiet ta’ malajr jew proposti nofs kedda, biex, imbagħad, jispiċċa jaħbihom għax jikxfu x’tassew jemmen. Il-Partit Laburista nnota li ewlenin fost dawn kien hemm dik li jilliberalizza s-suq tal-enerġija b’riżultat li jispiċċa jgħolli l-kontijiet tad-dawl għall-familji u n-negozji. Dan b’differenza minn Gvern Laburista, li refa’ hu l-piż tal-inflazzjoni fis-settur tal-enerġija biex il-poplu baqa’ b’kontijiet stabbli. Minbarra hekk ingħad li Gvern Laburista kontinwament jitkellem b’wiċċu bil-quddiem dwar il-pjani tiegħu fis-settur biex imbagħad jimplimentahom. L-istqarrija temmet tgħid li min jaħbi l-informazzjoni hu dak li ilu snin jikser il-liġi u jinjora estensjoni wara oħra biex ma jippubblikax il-kontijiet finanzjarji awditjati tiegħu.

Comments