Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб TAĦT ARREST L-AKKUŻATI BL-ATTAKK FUQ PULIZIJA в хорошем качестве

TAĦT ARREST L-AKKUŻATI BL-ATTAKK FUQ PULIZIJA 2 дня назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



TAĦT ARREST L-AKKUŻATI BL-ATTAKK FUQ PULIZIJA

ONE.COM.MT • Inżammu arrestati l-ħames Maltin, li qed jiġu akkużati li, fost l-oħrajn, wettqu aggressjoni fuq żewġ uffiċjali tal-Pulizija fil-Ħamrun. L-akkużati tressqu l-Qorti dalgħodu u wieġbu mhux ħatja. L-aggressjoni u l-kommossjoni, li nqalgħet nhar is-Sibt filgħaxija, inqabdet fuq filmati li nxterdu fuq il-midja soċjali u li qed jitqiesu bħala prova maġġuri f’dan il-każ. Dan il-każ ġab il-kundanna ta’ bosta kontra l-allegati aggressuri u s-solidarjetà mal-membri tal-Pulizija. KITBA: STEFAN BAJADA FILMAT: ALEX BORG Erbat irġiel u mara lkoll Maltin, li ġew akkużati fil-Qorti li aggredew żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom is-Sibt li għadda, inżammu arrestati l-ħabs sakemm ikomplu l-proċeduri kontrihom. L-akkużati huma Erika Borg ta’ 42 mara tad-dar u żewġha Elton Borg ta’ 46 sena mill-Imsida, li hu wkoll sid ir-restorant ‘Strada Rjali’, ħuh Kurt Borg ta’ 44 sena minn Ħal Qormi, li hu wkoll sid ta’ restorant, Redimen Aquilina ta’ 23 sena mill-Ħamrun u Christian Mansueto ta’ 33 sena mis-Siġġiewi. Mitlubin għar-reazzjoni tagħhom, l-akkużati, li viżibilment kollha dehru emozzjonati u b’uħud jibku, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi li nġiebu kontrihom. Il-każ seħħ is-Sibt li għadda filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-Ħamrun, meta grupp ta’ nies dehru jaggredixxu żewġ uffiċjali tal-Pulizija – li huma l-Kuntistabbli Clive Mallia u Aiden Demicoli. Filmati, li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali fejn allegatament jidhru l-persuni involuti jwettqu dan ir-reat, qed jitqiesu bħala prova ewlenija fil-każ. Minbarra l-akkużati akkumpanjati minn uffiċjali tal-Pulizija, l-awla numru 25 u fuq barra tagħha kienu ppakkjati b’numru ta’ ġurnalisti, uffiċjali oħrajn, avukati u anke qraba tal-erbat irġiel u l-mara. Fuq barra tal-Qorti wkoll kien hemm preżenza tal-Pulizija minħabba ż-żamma tal-ordni. Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt, il-Prosekuzzjoni spjegat li kollox beda meta l-kuntistabbli ħarġu taħrika għal karozza li kienet ipparkjata illegalment fit-triq prinċipali tal-Ħamrun u kienet qed tostakola t-traffiku. Kien f’dan il-punt li ħarġu numru ta’ persuni minn stabbiliment u li bdew jargumentaw mal-pulizija, li taw ordnijiet għaż-żamma tal-ordni pubblika u għall-koperazzjoni tal-persuni konċernati. Minkejja dan, huma injoraw dawn l-ordnijiet u aggredew lill-uffiċjali li wkoll ikkawżawlhom xi ġrieħi. Hawn il-Pulizija kienu kostretti jużaw il-pepper spray u anke t-taser. Fil-Qorti ntqal li fuq il-post, imbagħad, waslu aktar pulizija u s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata. Erica, Elton u Kurt Borg ġew arrestati fuq il-post, filwaqt li Aquilina u Mansueto ġew arrestati fir-residenzi tagħhom wara li dawn ħarbu minn fuq il-post. Dan waqt li tim mediku u ambulanza assistew liż-żewġ pulizija u ħaduhom l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn wieħed ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi u ieħor bi ġrieħi ħfief. Il-validità tal-arrest ma ġietx ikkontestata mill-ebda avukat għad-difiża u għalhekk il-Qorti ddikjaratu bħal wieħed validu. Id-difiża tal-akkużati talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona għal diversi punti. Fost dawn semmiet il-biża’ ta’ intralċ tal-provi, fejn ġie ddikjarat li l-kameras tas-sigurtà mar-restorant ta’ Borg ġew maqlugħin, filwaqt li l-body cam ta’ wieħed mill-Kuntistabbli ttieħdet minn xi ħadd preżenti mhux identifikat u baqgħet ma nstabitx. Hawnhekk ġie spjegat ukoll li hemm ċans jitressaq il-Qorti xi ħadd ieħor f’dan il-każ. Rappreżentanta mill-Uffiċċu tal-Avukat Ġenerali qalet kif għandu jintbagħat messaġġ ċar li dawn l-affarijiet mhumiex aċċettati fis-soċjetà. Għal dan, id-difiża stqarret li wħud mill-akkużati għandhom kondotta nadifa u qatt ma xellfu difrejhom mal-ġustizzja. Jirriżulta li, fl-2014, Elton Borg, li kien membru fil-Kumitat ta’ Ħamrun Spartans, kien ġie pprojbit minn kull attività li għandha x’taqsam mal-futbol wara li ammetta li kien xtara xi logħob. Meta sema’ liż-żewġ partijiet, il-Maġistrat Gatt ma laqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordna biex il-ħames persuni jinżammu fil-Faċilità Korrettiva tal-Kordin sakemm ikomplu l-proċeduri. Dan il-każ ġab il-kundanna ta’ bosta u baħar ta’ kummenti, li wrew is-solidarjetà mal-uffiċjali tal-Pulizija. Id-Difiża kienet ifformata mill-Avukati Charles Mercieca, Franco Debono, Jacob Magri, Arthur Azzopardi, Matthew Xuereb, Mario Mifsud, Nicholas Mifsud u Alex Scerri Herrera. Dr Herman Mula deher fil-Qorti bħala parte civile għaż-żewġ Kuntistabbli tal-Pulizija. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Jennifer Polidano mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Elisia Scicluna. Fl-awla kienu preżenti wkoll id-Deputat Kummissarju Kenneth Haber u Kevin Valletta mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Comments