Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб JAKE VELLA JISPIRANA LKOLL в хорошем качестве

JAKE VELLA JISPIRANA LKOLL 2 недели назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



JAKE VELLA JISPIRANA LKOLL

ONE.COM.MT • Fil-Parroċċa ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen f’Birżebbuġa, dalgħodu kienet iċċelebrata il-ħajja ta’ Jake Vella, żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena li ħalla din id-dinja l-ġimgħa l-oħra. Huwa jibqa’ magħruf għad-determinazzjoni tiegħu, waqt li kien qed iħabbat wiċċu ma’ marda rari. Dan jixduh dawk li tkellimna magħhom. Id-dettalji f’dan l-ewwel servizz għal-lejla. JAKE VELLA JISPIRANA LKOLL Kellu għadd ta’ ħolm li xtaq li jwettaq. Simpatiku, gustuż, bil-għaqal, bi grinta kbira, u sportiv. Bħal blanzun fl-aqwa tiegħu ssielet mal-ħajja. Ma jaqta’ qalbu qatt. Ta’ karattru sod. Fil-fjur ta’ ħajtu ssielet bħal gwerrier, marda kiefra rari li tfaċċatlu ta’ ħames snin. Dan huwa Jake Vella, li s-Sibt filgħodu fil-Knisja Parrokkjali, f’raħal twelidu, Birżebbuġa kienet iċċelebrata ħajtu, li matulha mess ħafna qlub. Ħmistax-il sena li fihom xtaq jagħmel id-differenza speċjalment ma’ dawk li m’għandhomx vuċi. L-annimali kienu l-mimmi t’għajnejh. CHARLES J. SCICLUNA ARĊISQOF 44:32 “L-imħabba li kellu Jake lejn l-annimali, li kien isejħilhom dawk li m’għandhomx leħen, ifakkruna kif għandna nħobbu aħna, li ma nħobbux għax qed nippretendu li nieħdu xi ħaġa m’għand xi ħadd Jake Vella, li ma ħalla xejn jaqtalgħu qalbu, irnexxielu jgħaqqad pajjiż warajh. Ħadem favur il-paċi lejn għajru u ta’ madwaru. CHARLES J. SCICLUNA ARĊISQOF “Ix-xewqat tiegħu kienu xewqat safja ta’ xi ħadd, ta’ żagħżugħ eternament żagħżugħ li jħobb u jixtieq li l-imħabba tkun il-qies ta’ kull wieħed u waħda minnha.” Flok beka xortih, Jake Vella minkejja l-kundizzjoni tiegħu kien determinat u ta’ ispirazzjoni għal kulħadd. “Kien ta’ ispirazzjoni għal kulħadd għax kien iħobb l-isport ħafna ħafna, qatt ma qata qalbu, qatt ma kien jgħid li għax għandi kundizzjoni, kien jimmotiva lil ħafna nies, min jeqred għax għajjien, ma nistax jew ilni ġurnata xogħol, iħares lejn Jake u jitrennja.” XANDRU GRECH “Kien ta’ eżempju għal ħafna nies. Konna nammirawh ħafna kien jibqa jagħmel l-Isport b’determinazzjoni li jirbaħ, konna nibqgħu mistaġgħbin bid-determinazzjoni li kien ikollu, bil-posittivita kbira li kellu, l-eżempju li kien jagħti. Kellu valuri qawwijin” ATLETA “Jake kien ta’ ispirazzjoni għal ħafna nies, inkluż aħna l-mużiċisti. Jake kien fan kbir ta’ Kantera, fost artisti oħra Maltin u l-aħħar birthday tiegħu tajnih sorpriża billi morna l-isptar u daqqejnilu happy birthday flimkien miegħu wkoll.” GEORGE BONELLO KANTERA “Jake kien ta’ ispirazzjoni għalina kollha. Id-determinazzjoni li kellu biex jitħarreġ anka fil-mużika u fil-vuċi, kienet xi ħaġa speċjali.” GILIAN ATTARD “Naħseb illum hija xhieda ta’ kemm Jake kien tfajjel maħbub. Jake kien ta’ ispirazzjoni għaliex minkejja l-isfidi li kien għaddej minnhom, kien mimli enerġija, pożittiv, altruwist u minflok jaħseb fih innifsu, dejjem jara kif se jgħin lil ħaddieħor. Jake huwa ta’ eżempju għalina lkoll.” DR LYDIA ABELA CHARLES J. SCICLUNA ARĊISQOF “Il-kelma li kien jgħidilkom meta jsellmilkom, kelma ta’ grazzi u kelma ta’ barka jibqa’ jirrepetiha għal dejjem.” L-aħħar kliem ta’ Jake f’din il-ħajja ‘Grazzi Ma u Grazzi Pa’ jibqgħu minquxa f’qalb ommu Marouska u missieru Josie li tul ħajtu għamlu minn kollox biex jarawh kuntent. Għamlu sagrifiċċji kbar biex jakkumpanjaw f’dak kollu li Jake kellu bżonn. MAROUSKA U JOSIE IL-ĠENITURI TA’ JAKE VELLA “Nixtieq nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tas-sapport kbir, enormi li nista’ ngħid li tajtuna. Mindu qabditu l-kundizzjoni Jake, kulħadd dejjem kien warajna, min jidher u min ma jidhirx. Nirringrazzja minn qalbna, f’isem Jake wkoll għax żgur ngħidulkom grazzi, grazzi mill-qalb.” “F’isem Jake, nixtieq nirringrazzja l-poplu Malti u Għawdxi, kienet amazing, il-ħajja tiegħu kienet diffiċli u n-nies għamluhielu faċli. Minn hawn nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd, ma nixtieqx ninsa lil xi ħadd, grazzi lil kull min ġie llum għax għamlulu festa, kif jistħoqqlu.” Jake Vella jibqa’ mfakkar bħala dak it-tfajjel b’qalb tad-deheb, ottimist, mimli tama, altruwist u li se jibqa’ jispirana u jagħmlilna kuraġġ għal dejjem. Is-sliem Jake.

Comments