Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб JIRREAĠIXXU GĦALL-MEWT TA’ EDWIN GRECH в хорошем качестве

JIRREAĠIXXU GĦALL-MEWT TA’ EDWIN GRECH 1 год назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



JIRREAĠIXXU GĦALL-MEWT TA’ EDWIN GRECH

ONE.COM.MT • B’rabta mat-tħabbira tal-mewt tal-Professur Edwin Grech, ONE News tkellem ma’ tliet persunaġġi li ħadmu miegħu mill-qrib. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: B. BONELLO / C. BORG / ARKIVJI “Tlifna protagonist u aġent tal-modernizzazzjoni ta’ Malta.” Din kienet ir-reazzjoni tal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista, Alfred Sant, f’kumment lil ONE News wara t-tħabbira tal-mewt tal-Professur Edwin Grech, li kien Ministru fil-leġiżlatura meta huwa serva bħala Prim Ministru bejn l-1996 u l-1998. ALFRED SANT EKS PRIM MINISTRU U EKS MEXXEJ LABURISTA “Edwin Grech u familtu ħallsu prezz qares ħafna għall-impenn tiegħu lejn l-immodernizzazzjoni ta’ pajjiżna u għandna d-dmir, aħna lkoll, li waqt li nsellmulu, nirrikonoxxu s-sagrifiċċji li kellu jġorr hu, u familtu, bil-qtil tat-tifla tiegħu, Karin, f’ċirkostanzi traġiċi.” Alfred Sant kellu kliem ta’ tifħir għall-ħidma li għamel il-Professur Grech. ALFRED SANT EKS PRIM MINISTRU U EKS MEXXEJ LABURISTA “Edwin Grech ta kontribut enormi lejn l-iżvilupp tas-servizzi, ukoll fl-iżvilupp ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u saħħa sesswali, li llum noħduhom bħala normali, imma li fiż-żmien kienu mitqiesa bħala mbiegħda mis-soċjetà tagħna.” L-eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Charles Mangion, tkellem dwar kif il-Professur Grech telaq il-karriera tiegħu biex ta s-servizz tiegħu f’pajjiżna. CHARLES MANGION EKS DEPUTAT MEXXEJ TAL-PARTIT LABURISTA “Ġie f’pajjiżna fl-eqqel tal-battalja biex aħna, il-Partit Laburista, dak iż-żmien immexxi minn Duminku Mintoff, iwaqqaf is-Saħħa b’xejn. Kellek il-forzi kollha mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li kien kontra tagħha. U hemmhekk, dan telaq karriera minn barra u ġie jgħin lill-poplu Malti u hemmhekk, malli smajt l-aħbar, għidt li dan bniedem li dan verament iħobbu lil pajjiżu. Kont nafu bħala l-vittma, il-missier li tilef lill-bint. Naħseb li dak il-qtil politiku definittivament iddefinih hekk illi dan bintu ġiet issagrifikata għax hu ried jgħin lill-poplu Malti.” Tkellimna wkoll mal-eks Ministru Gavin Gulia, li tkellem dwar ir-relazzjoni li kellhom bħala kollegi fil-Kabinett. GAVIN GULIA EKS MINISTRU “Kien jgħidli, ‘Ara ż-żgħir!”, u allura naturalment jien kont infittex anki l-gwida tiegħu, minħabba l-ewwel nett il-ġentilezza tiegħu, l-umaniżmu kbir tiegħu, u allura parir politiku kont naf li qed nieħdu anki mill-perspettiva ġentili u umana tiegħu. Minkejja t-tbatijiet li għadda minnhom, kien persuna internalment ferrieħi ħafna.”

Comments