Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб ‘QOMT BIEX IMMUR NISTAD U D-DGĦAJSA MA SIBTHIEX’ в хорошем качестве

‘QOMT BIEX IMMUR NISTAD U D-DGĦAJSA MA SIBTHIEX’ 4 года назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



‘QOMT BIEX IMMUR NISTAD U D-DGĦAJSA MA SIBTHIEX’

ONE.COM.MT • Fl-ewwel servizz tal-lum se niltaqgħu ma’ Rodger Mangion minn Birżebbuġa li f’dawn l-aħħar jiem spiċċa ma jistax jagħmel il-passatemp li jħobb, li jmur jistad. Dan hekk kif żewġ immigranti li jgħixu f’Ħal Far serqu din id-dgħajsa u ppruvaw jaħarbu biha lejn l-Italja. Dawn tressqu l-Qorti tul il-jum fejn ġew ikkundannati l-ħabs. Id-dettalji f’dan l-ewwel servizz ta’ Eman Portelli. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: ALEX BORG/ARKIVJI Qomt filgħodu biex immur nistad, u d-dgħajsa ma sibthiex hemm. Hekk qalilna bid-dmugħ f’għajnejh Rodger Mangion, li kmieni l-Ġimgħa filgħodu nsterqitlu d-dgħajsa tas-sajd li qatta’ ħafna minn ħajtu fuqha. Iż-żewġ immigranti li serqu d-dgħajsa u pruvaw jaħarbu biha lejn l-Italja tressqu l-Qorti s-Sibt filgħodu, ammettew għemilhom, u ġew ikkundannati l-ħabs. Irrakkontalna kif id-dgħajsa nsterqet mix-xatt tal-Qajjenza, u ż-żewġ Sudaniżi laħqu ħarbu biha sa’ tmien mili ‘l barra mill-kosta ta’ Birżebbuġa. Intebaħ b’kollox propju fit-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu, meta fit-tlieta ta’ filgħod niżel ix-xatt għal dawra madwar il-portijiet ta’ Birżebbuġa u Marsaxlokk. RODGER MANGION SID ID-DGĦAJSA “Qomt filgħodu kmieni, ħa mmur nistad u ma sibtiex hemm …..” Qal kif huwa dar madwar Birżebbuġa jfittex mal-madwar forsi nqatta l-ħabel jew hekk u d-dgħajsa baqgħet fl-inħawi. RODGER MANGION SID ID-DGĦAJSA “Jiena imbagħad pruvajt nagħmel l-alumu tiegħi nipprova nfittxa, forsi nqatta xi ħabel jew xi ħaġa hekk għax għamlet dik in-naqa riħ imma mhux li jinqata l-ħabel żġur għax kellha ħabel nofs pulzier oħxon jiġifieri tużah fuq dgħajsa kbira. Mort nagħmel rapport l-għassa biex wara li fittixt, imxejt kwazi sal-freeport biex nara din id-dgħajsa fejn qegħda” (26 secs) Ishaq Adam ta’ tmintax-il sena u Adam Ibrahim Asab ta’ tlieta u għoxrin sena eventwalment inqabdu tmien mili ‘l bogħod mill-ibħra Maltin, hekk kif spiċċaw f’nofs ta’ baħar mingħajr petrol u d-dgħajsa waqfet. RODGER MANGION SID ID-DGĦAJSA “Ċempluli mill-għassa, qaluli li l-patrol boat sabitha tmien mili barra minn Malta, u għedtilhom tmien mili għedtilhom kif inhi ma jistax ikun bir-riħ ħarġet id-dgħajsa marret ‘il barra, meta suppost tidħol ‘il ġewwa, mhux titlaq ‘il barra u qaluli l-istorja” Is-Sibt filgħodu Ishaq Adam u Adam Ibrahem Asab tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, fejn ingħataw is-sentenza ta’ sena u tmien xhur ħabs u sena u xhur ħabs rispettivament. Fil-Qorti, il-presekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters qalet kif il-Ġimgħa għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta sabu din id-dgħajsa kienet f’nofs ta’ baħar. Ġie nnutat kif din id-dgħajsa li kienu fuqu kienet misruqa u ma kinitx dgħajsa li toħroġ diversi mili ‘l barra. B’weġgħa kbira, Rodger qal magħna kif din id-dgħajsa li tant qatta’ ħin fuqha u li ħadimha b’idejh stess ma tistax terġa tintuża hekk kif ġarbet diversi ħsarat kbar, minħabba li din id-dgħajsa ma tiflaħx tkun fil-baħar t’hekk barra. RODGER MANGION SID ID-DGĦAJSA “Tista tgħid l-istaġun moħli, ħa ngħidu hekk sakemm tirranġa waħda jew tixtri waħda u tagħmel”

Comments