Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб Ir-Ruzarju tal-Ferh mas-Sorijiet Klarissi в хорошем качестве

Ir-Ruzarju tal-Ferh mas-Sorijiet Klarissi 8 лет назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



Ir-Ruzarju tal-Ferh mas-Sorijiet Klarissi

Blog: http://klarissimalta.blogspot.com.mt/... Facebooks Malta: https://m.facebook.com/profile.php?id... Għawdex: https://www.facebook.com/klarissi.goz... Bidu Alla tagħna, isma' t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna. (Filwaqt li jintrad is-Salib) Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen. (jingħadu qabel jitħabbar kull il-misteru) Marija Santissima, urina li inti ommna: għalik jisma' t-talb tagħna, Ġesú li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. O Ġesú tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern; ħu l-Ġenna l-Erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek. Il-Misteri tal-Ferħ (jingħad it-Tnejn u s-Sibt) 1. Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla. (Luqa 1:26-38) 2. Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Eliżabetta. (Luqa 2:39-56) 3. Meta Sidna Ġesú Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem. (Luqa 2:1-7; 8-21) 4. Meta Sidtna Marija u San Ġużepp ippreżentaw lill-binhom Ġesú fit-Tempju. (Luqa 2:21-32; 33-40) 5. Meta Sidtna Marija u San Ġużepp tilfu lil binhom Ġesú u wara tliet t’ijiem issibuh fit-Tempju jiddiskuti mad-Dutturi. (Luqa 2:41-52) Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar (x10) darbiet, u Glorja Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni. Ammen Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen. SALVE REGINA Sliem għalik, Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija. Itlob għalina qaddisa Omm Alla: Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu. Ammen Skond il-fehma tal-Papa: Missierna, Sliema u Glorja Għall-Erwieħ tal-Purgatorju: Agħtihom, O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem; id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fil-paċi. Ammen IL-LITANIJA TAL-MADONNA Mulej, ħniena. Mulej, ħniena Kristu, ħniena. Kristu, ħniena Mulej, ħniena. Mulej, ħniena Kristu, ismagħna. Kristu, ismagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Ħenn għalina” Missier Etern Alla. “Ħenn għalina” Iben Alla, li fdejt id-dinja. Spirtu Qaddis Alla. Trinità Qaddisa Alla wieħed. Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Itlob għalina” Imqaddsa Marija. “Itlob għalina” Imqaddsa Omm Alla. Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet. Omm ta’ Kristu. Omm il-Knisja. Omm tal-grazzja ta’ Alla. Omm l-iżjed safja. Omm l-iżjed nadifa. Omm u xebba. Omm bla tebgħa. Omm li tistħoqq l-imħabba. Omm tal-għaġeb. Omm tal-parir it-tajjeb. Omm ta’ min ħalaqna. Omm ta’ min salvana. Xebba kollok għaqal. Xebba li tistħoqq kull qima. Xebba li tistħoqq kull foħrija. Xebba kollok setgħa. Xebba kollok ħniena. Xebba dejjem marbuta m’Alla. Mera tal-qdusija. Tron tal-għerf. Bidu tal-ferħ tagħna. Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu. Għamara ta’ kull grazzja. Għamara ta’ kull tjieba. Warda mistika. Torri ta’ David. Torri tal-avorju. Dar tad-deheb. Arka tar-rabta l-ġdida. Bieb tas-sema. Kewkba ta’ filgħodu. Saħħa tal-morda. Kenn tal-midinbin. Faraġ ta’ l-imnikktin. Għajnuna ta’ l-insara. Sultana ta’ l-Anġli. Sultana tal-Patrijarki. Sultana tal-Profeti. Sultana ta’ l-Appostli. Sultana tal-Martri. Sultana tal-Konfessuri. Sultana tal-Verġni. Sultana tal-Qaddisin kollha. Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa. Sultana mtellgħa s-sema. Sultana tar-Rużarju Mqaddes. Sultana tal-familja. Sultana tal-paċi. Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Mulej. Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej. Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina. Itlob għalina qaddisa Omm Alla: Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu. Nitolbu... O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.

Comments