Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб MIJIET F’PELLEGRINAĠĠ MADWAR MALTA в хорошем качестве

MIJIET F’PELLEGRINAĠĠ MADWAR MALTA 2 недели назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



MIJIET F’PELLEGRINAĠĠ MADWAR MALTA

ONE.COM.MT • Mijiet ta’ ċiklisti u sewwieqa ta’ muturi llum ngħaqdu flimkien għall-pellegrinaġġ annwali li ra t-tmiem tiegħu f’Ħaż-Żabbar proprju fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja. KITBA KIMBERLEY SACCO BALDACCHINO FILMATI DORIAN BORG Mijiet ta’ ċiklisti u sewwieqa ta’ muturi, il-Ħadd filgħodu ħadu sehem f’pellegrinaġġ mill-isbaħ li issa sar parti mill-kalendarju tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan hekk kif għall-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja bosta persuni ngħaqdu flimkien biex proprju jimmarkaw dan il-jum. Kien fid-disgħa ta’ filgħodu li għadd ta’ ċiklisti rħewlha mir-Rabat fejn għaddew minn numru ta’ lokalitajiet, dan filwaqt li bosta muturi għamlu t-tluq tagħhom mill-Mosta. Il-qofol intlaħaq f’Misraħ Ħaż-Żabbar fejn ilkoll iltaqgħu flimkien u ngħataw merħba mill-isbaħ minn għadd ta’ persuni li kienu qed jistennewhom f’Ħaż-Żabbar stess. Mal-wasla tal-muturi u roti quddiem il-knisja ta’ Ħaż Żabbar, l-Arċipriet tar-raħal Dun Roderick Camilleri skont it-tradizzjoni, bierek il-folla preżenti b’ringrazzjament lill-Madonna tal-Grazzja, li hija wkoll il-protettriċi tas-sewwieqa tal-muturi. Tkellimna ma’ numru ta’ persuni li ħadu sehem waqt dan il-pellegrinaġġ li qalulna għalfejn jieħdu sehem matul dan il-pellegrinaġġ. Bosta faħħru din l-inizjattiva hekk kif kull lokalità li ħadet sehem f’din it-tradizzjoni rat numru ta’ persuni li laqgħu lir-roti u lill-muturi waqt il-pellegrinaġġ, b’numru ta’ għaqdiet tal-armar anke tellgħu bnadar.

Comments