Русские видео

Сейчас в тренде

Иностранные видео


Скачать с ютуб Kellymni: Episodju 29 – Maria Formosa в хорошем качестве

Kellymni: Episodju 29 – Maria Formosa 3 месяца назад


Если кнопки скачивания не загрузились НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу страницы.
Спасибо за использование сервиса savevideohd.ru



Kellymni: Episodju 29 – Maria Formosa

Melanie Kelly titkellem ma’ Maria Formosa, il-mara ta’ Bjorn Formosa, li spiċċat barra li tgħin lil Bjorn, qiegħda tgħin ukoll tant u tant pazjenti oħra li llum il-ġurnata jgħixu f’DAR Bjorn. Barra li tagħti daqqa t’id lilhom, tgħin ukoll lill-għeżież tagħhom. Maria titkellem dwar il-passatempi li kellha tul is-snin, dwar kif iltaqgħet ma’ Bjorn u kif bdiet ir-relazzjoni tagħhom. Hi tidħol fid-dettall dwar kif infaqgħet tibki u ma setgħetx tieqaf meta Bjorn saqsieha biex tkun martu. Imma r-raġuni mhux waħda li qed tistennew żgur! Hi ħa taqsam l-esperjenzi tagħha dwar xi tfisser li tgħix ma’ persuna li għandu l-bżonnijiet li għandu Bjorn, iżda wkoll titkellem dwar il-kuraġġ li Bjorn ħares lejn l-ALS u dak kollu li kien ġej għalih. Barra minn dan, Maria titkellem ukoll dwar it-telfa għażiża ta’ missierha li ġrat tul l-aħħar xhur. Telfa li ma kinitx qed tistenna u għadha sal-lum il-ġurnata tipprova taċċetta din ir-realtà. Waqt il-podcast hi ssemmi wkoll il-proġett li qed jaħdmu fuqu. Il-pass li jmiss għal DAR Bjorn u kif tant pazjenti flimkien mal-maħbubin tagħhom ħa jgawdu minn dan il-proġett! Żgur li grazzi għal Kellymni se tiskopru aktar dwar Maria u wkoll dwar ir-relazzjoni tagħha u Bjorn, kif ukoll DAR Bjorn. Miġjub lilkom minn Renault Malta | La Molisana | KFC | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass | Ferraracasa | Myoka Spas | Positive Parenting Malta #kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #MariaFormosa

Comments